Tuesday, December 15, 2009

Parentesi u taħwid il-moħħ

Ġieli ġejt mistoqsi/a f'xi klassi din id-domanda:
"Meta ngħidlek "kelb" x'jigik f'moħħok?"

U kulħadd iwieġeb: "Ħeq, kelb hux.", imbagħad biex jagħmluha l-avukati tax-xitan,

"Imma kif tista' tgħidli x'inhu kelb?"

U kulħadd jipprova joħrog b'xi tip ta' definizzjoni għal "kelb"; "xi ħaga ħajja b'erba' saqaj'" "widnejn kbar" u ħafna oħrajn.

U jien nibqa' waħdi fir-rokna (eħe, f'din il-klassi ma noqgħod ma' ħadd) naħseb bejni u bejn ruħi, għalfejn jien l-ewwel ħaġa li tiġini f'moħħi hija l-kelma "kelb" miktuba?

"Kelb" hi kelma zgħira. L-agħar meta nkun qed nitkellem u jkun hemm xi kliem morfoloġikament kumpless...F'moħħi jkolli fulscap infinita ta' kliem, minfejn ġejja l-kelma, kif ġiet hekk maż-żmien, il-forma tagħha, il-mudell fuqiex taħdimha, iz-zokk jo l-għerq...Iżżejjed!

Naf, fil-fatt dan l-aħħar jien u nitkellem qed ikolli nagħmel parentesi, bħal f'dan il-messaġġ:
"Ahh norqod fuq hogrok, nisma'(kiser) qalbek thabbat(5forma) waqt li tmellisli(5forma+pronom mehmuz) xaghri(lehni) .."

:O u nofs u lecture fl-10, u għad irrid ninħasel...
toodles
Maria