Xahar ilu għaddejt minn parking ta' Baystreet u waqgħet il-grada fuq rasi. Hemm kamera tħares eżatt lejn il-grada, jiġifieri hemm irrekordjat jien naqla' daqqa fuq rasi u mbagħad fuq ħaddi b'din il-ħadida. Ma tajtx kas daqshekk ta' dan l-avveniment f'ħajti u għidt li kien traskuraġni tiegħi nnifsi, però ili nipprova nirkupra minn riħ mill-bidu tax-xitwa. Jitlaq wieħed u naqbad ieħor. Dan jista' jkun ukoll traskuraġni tiegħi nnifsi pereżempju meta nixrob wara ħaddieħor jew nejk hekk, imma xorta.
Fil-weekend tal-elezzjoni kont ma niflaħx tant li ma stajtx noħroġ, għalkemm ġejt imġiegħla mmur nivvota bil-mard li kelli. Dal-weekend bdew jerġgħu jittikawni s-snien tal-għaqal u waħda minnhom kibret u daqt tkun lesta biex tibda titħassar u noqgħod immur nimlieha. Bin-nuqqas ta' spazju li ġabu f'ħalqi s-snien ġodda, qed nigdem ħafna lsieni u bħalissa qisni ħadt ħot ċoklitt u nstmatt għal xi erbat ijiem wara xulxin. It-Tlieta li għadda għawwiġt is-suba' l-kbir ta' idi l-leminija u fekkiktu. Illum mort il-Polyclinic nara jekk ksirtux, għax intefaħ. Nixtieq inkun naf minn fejn ġibt din is-seħta kollha għax apparti din il-qerda fiżikali kollha li ġrali f'inqas minn ġimgħa, kelli nistenna għal nofs siegħa sħiħa fil-waiting room tal-Polyclinic tal-gżira ma' żewġt ixjuħ li ma waqfux jgħidu u jitkellmu jgħajtu u jippruvaw idaħħluni fil-konverżazzzjoni insignifikanti fuq kemm se jdumu t-tobba meta huma m'għandhom xejn x'jagħmlu f'ħajjithom ħlief fl-aħħar mill-aħħar jistennew il-mewt. Tant kemm kienu antipatki dax-xjuħ li f'kamra kbira, qagħdu bilqiegħda faċċata ta' xulxin, erba' passi 'l bogħod minn xulxin biex jgħajtu aktar u jitkellmu qishom ġiex ċawliet.
Insomma, bilkemm nista' nistartja mutur, aħseb wara nsuq, 'qas nista' nibgħat messaġġ sura, jew nilgħab squash. Ma nistax inqaxxar kiwi. Diffiċli noħroġ il-laptop u noħorġu mill-basket. Ma nistax nagħlaq il-ġakketta sew. Ingwanti ma nistax nilbes sew. Indum biex inneħħi l-bra u rrid nuża l-pala ta' idi kollha biex ninża' l-qalziet ħa nbul; bażikament ma nistax nilbes qliezet bil-buttuni għax nilħaq inbul taħti sakemm inneħħi kollox. U issa naraw kif se ninħasel u ningħorok mingħajr ma naqa', take 2. Xejn, ma nafx! Jew tort tal-lejper jew hemm pupu xi mkien jittaqqab u jivuduwjawni.

No comments:
Post a Comment