Mort niċċelebra xi ħaġa ta' xi partit, bazikament kien political party, għax kien party bi bnadar ta' partit. Naqbeż u naqbeż. Niftakar fi żmien tfuliti meta missieri kien jeħodni għall-mass meetings li ma servew ta' xejn għax m'għandix ħajra li nivvotta. Imma insomma...
Iddeċidejt li kien sar il-ħin biex nidħol norqod mal-mara u t-tfal. X'mara u tfal? Ma nafx, qed inparla vujtaġni. Qed nimxiha għall-parking. Vuttutum,. Għaddejt minn quddiem iċ-Champs ta' Paċevill. Kellha kollox għadu mimli. Il-ustja, ħaġa minn kollox. Ipparkjajt bl-addoċċ u mort biex nixxi. Pizza? Pizza tajba! Kelli għaxar ewro u farraktha għal naq'a ewro ta' pizza. Gotta have it. Erġajt qiegħda ħdejn il-mutur, ferħana bil-pizza sħuna f'idi. Aħħħ. Ilbist l-ingwanti, ilbist ħaġa ma' wiċċi biex ma nħossx il-bard, u l-helmet, u headphones u bil-pizza fuq irkoppti. Xgħelt. Vuttutumm. Indunajt li kelli bżonn inneħħi l-ostra ħaġa minn ma' ħalqi biex inkun nista' niekol. Ħalqi diġà qed jimtela kollu bżieq biex niekol dil-ostra pizza. Aħħħ. Margerita rħisa lesta għal ħalqi. Ġej l-eroplejn....
Id waħda fuq il-gass, l-oħra fuq il-pizza, pizza li tlaqt biex inneħħi dil-ħaġa minn ma' ħalqi ħa nibda niekol. Neħħejtha minn ma' ħalqi, u għidt "meh, mhux se nħoss bard għax ikolli s-sħana ta' dil-pizza tant bnina li qed tistennieni nikolha!" Qgħedt il-pizza fuq l-irkoppa u neħħejt il-ħaġa minn ma' ħalqi. Il-pizza waqgħet. Diżastru. Diżgrazzja. Diżunur lill-pizez kollha tad-dinja. Qiegħda fir-roundabout ta' ħdej' il-BOV kważi fejn Beer Garden u dortha kollha biex inġib il-pizza. Bieb għoxxi, se nikolha! Fis-sakra li kelli u li għandi nara karta taċ-Champs ittir. Ħeeħħeħe, karta taċ-Champs, aħħ bħall-pizza li se niekol. Qmmm. Nirrealizza li l-karta kienet tal-borża tal-pizza tiegħi. Nagħmel U-turn u nara l-pizza rasha 'l isfel mal-art. Niket u dwejjaq li xejn xejn ma seta' jnessi ħlief pizza oħra li ma kellix aptit nerġa' mmur nixtri.
L-iktar ħaġa li kelli bżonn apparti niekol, kienet li npixxi; għalkemm kont għadni kemm inpixxi. Wasalt id-dar, u tlajt dritt niġri nbul. U issa ninsab fuq is-sodda naħseb u nitnikket fuq il-pizza li ħlejt fix-xejn. Aħjar qiegħda f'ħalqi, bejp. Inħobbok! Illejla noħlom bik li qed nilgħaq iż-żejt li tħalli ma' subgħajja u nieklok biċċa biċċa. Biż-żebbuġ qares li ma tantx jogħġobni imma qed nixxennaq għalih, bil-ġobon imdewweb fuq iz-zalza ħamra ta' żaqqek, u b'dak iż-żejt ileqq li jsebbaħħlek wiċċek u jagħmlek tant attraenti...
Min jorqod bil-ġuħ, joħlom bil-pizza.