Lesta mix-xogħol. Ir-rutina tas-soltu ta' wara x-xogħol. Il-ħarġa insignifikanti ta' Paċevill wara lejl ta' għeja u nies jeqirdu għall-ikel. B'riħa ta' Tandoori mweħħla mal-ħwejjeġ u mal-basla ta' xagħri mmur inħallatha mar-riħa ta' sigaretti u arja mniġġsa bir-remettar f'xi klabb. Nibgħat nistaqsi fejn qiegħda l-merħla ta' Bendu u jgħiduli li Places. Nasal u nara l-istess uċuħ li kont għadni kemm rajt ftit sigħat qabel. Dħalt u rassa tad-dimonji tqanpinni minn naħa għal oħra. Nimbotta. Żulu min-nofs!
Ninduna li ma' kull ħarsa nara persuna li nkun rajt friska friska l-Università. Kont qisni qiegħda quad bil-lejl. Ma nafx jekk l-Università tiġix Paċevill bi nhar jew Paċevill jiġix l-Università bil-lejl. X'toqba u kruha ta' pajjiż. Gallinar tiġieġ jagħsdu fl-istess ħmieġ, innittfu lil xulxin. Nieklu informazzjoni. L-istess informazzjoni biex suppost nitilgħu fis-soċjetà meta xejn m'għad għandu l-istess valur u kulħadd jista' jiġi ppasturizzat fl-istess skutella.
Il-president ta' xi għaqda jitgħannaq ma' xi qaħba li kienet tiġi miegħi skola. L-istess waħda li meta kont għadni belha nipprova nsellem, kienet twieġeb billi ddawwar wiċċha u tindifen fin-nefħa li saret. Iżda meta jasal il-jum għal biex tilgħaq in-nies, inkun waħda minn dawk il-persuni li toħroġli lsienha lesta biex tilgħaq vot mal-ponta ta' lsienha u jien ngerrixha minn ma' saqajja bħalma ngerrex id-dubbien iweħħel mal-għaraq ta' saqajja fis-sajf. Nidħqilha, mhux bi tbissima imma b'daħq fil-wiċċ immermer.
Veduta ta' boloh jiżfnu. Fuq naħa l-ħamiem tal-SDM jifirħu bin-naqra frak ta' ħobż li sabu, fuq l-oħra l-imnikkta tal-Pulse jiżfnu mad-DJ. F'għoxx ix-xogħol, x'telqa għandi. Aħjar qiegħda xi mkien ieħor. Aħjar sħabi ma ddeċidewx li jiġu haw'. Aħjar tlaqt norqod, noħlom ix-xejn ta' dlam il-mistrieħ. Imbagħad jiġu jgħidulek tintegra fl-Università? Ġieli rajt u ħarist fiss fiss f'għajnejn in-nies li jidhru u li jattendu l-Università? Jiddieħqu bihom infushom, ma jafux ikunu persuna sinċiera waħda. Le!
Jien ħaxxej. Jien opportunist. Jien ġakbin. Jien faċċol. Jien qed nuża dit-tfajla biex ngħolli s-self esteem. Jien inkellem lil dal-ġuvni għax jaf in-nies. Nofs sħabi li għandi huma sħabi għax nagħtihom l-invajts b'xejn għall-parties. Naf li dan iridni u nibqa' nkellmu taparsi interessata fih, l-aqwa li hemm xi ħadd iridni. Ġieli jkolli aptit intih għat-tfajla ta' sieħbi. Għadni m'iniex komdu naċċetta l-fatt li jien gay u li jogħġobni sieħbi. Jien m'għandix idea kif dħalt l-Università. Jien nippreferi nkun haw' milli d-dar b'xebgħa ġlied. Erba' snin ilu kont inkun White Arrow niġbed. Jien għandi kors li ma nafx fejn sejra bih. Jien ferħan fid-dwejjaq l'għandi. "Jien ħafna nies / u jien bniedem wieħed."

Grazzi ta' dil-post, thank you ta vera!
ReplyDeleteCheers. Tiddejjaqx ixxerred mill-buttunelli ta' taħt il-blogga.
Delete