Qiegħda waħdi nħares 'l isfel. 'Il fuq mis-sħab, 'il fuq mill-ħsibijiet tiegħi nnifsi. Qabadni l-għatx. Kienu għaddejjin bil-kafejiet u tħajjart nixtri x'nixrob bl-għali fil-għoli fis-sema. Staqsejt għal tonic water u ħriġt £10 biex ikolli naqra żgħar bqija. Tajtha l-flus u kellha tazza żgħira tal-plastik bħala kexx bil-flejjes fiha. Ma tantx kellha bqija Ingliża. Rajtilha €5 mill-ġodda. Qbiżt mis-sit tiegħi, "If it's easier for you I have €10". Li ridt infisser b'dik is-sentenza kienet: jekk jogħġbok tini dik il-€5 bħala bqija. "Yeah that'll be mooch better", weġbitni. Ħriġt l-€10 u partatna ġo wiċċ ta' ħdejja. Qed tbagħbas fit-tazza u kienet se taqbad €5 antika u żelqitilha minn bejn subgħajha, u qabdet il-€5 l-ġdida. Kaċing! Eħe, għadni nżomm il-€5 ġodda. (Irreferi għal dan). Irrid insib ħobi...
Għalfejn l-affarijiet fuq l-ajruplan ikunu jiswew ħafna flus?
Għax ikunu m'ogħla s-sema. Ħeeee.
Għax ikunu m'ogħla s-sema. Ħeeee.