Ommi għandha l-birthdayn għada u bħalissa marru jaraw lin-nanna u jien spiċċajt waħdi d-dar. Ilħaqt xtrajt kejk miks, u xħin telqu bdejt inkewwes. Bajd, ħalib, marġerina u t-trab li xtrajt. Il-kejk kien qed jissajjar fil-forn wara li dellikt it-taġen biex ma jeħillix. Din li ma jeħillix ħadmet u xħin lesta qlajtu mingħajr ħafna problemi.
Jien belha u ridt li nitfa' l-icing li xtrajt fin-nofs tal-kejk minflok fuq, ħalli meta tigdem u jkun hemm dik it-togħma ta' icing taċ-ċikkulata ddub f'ħalqek li ma tkunx qed tistenna, il-kejk ikun iktar orgażmiku. Qsamtu min-nofs u ċaflast iċ-ċikkulata mal-biċċa li kelli fuq it-taġen. Dellikt. Ma qsamtux preċiżament min-nofs. Ridt indellek in-nofs l-ieħor u ndunajt li ma nkunx nista' nitfgħu fuq il-biċċa l-oħra sew, allura ħallejtha niexfa. Meta ġejt biex nagħmel il-biċċa l-oħra għal dik li kelli fuq it-taġen, indunajt li kelli bżonn krejn. Ġibt spatula u spatula oħra u qed nipprova nerġa' nagħlqu mingħajr ma jinqasamli. Ippruvajt inżommu b'idi u bdejt nitgħawweġ qisni ħaġa belha biex ma jinqasamx. Il-biċċa ta' fuq irnexxieli nqiegħdha fuq il-biċċa ta' taħt. Ma domtx wisq biex ninduna li kelli nneħħi idi minn bejn il-kejk. Ħriġt idi u kont qisni għadni kemm daħħaltha f'sorm ta' baqra. Ħarist lejn idi, stennejt din l-istampa titlaq minn moħħi, u ma stajtx. Xorta bqajt nimmaġinah poopie. Temmajt idi ma' ħalqi u lgħaqt.
Dan hu l-prodott finali li sabet il-mami. Bħalissa baqa' biss biċċa ċkejkna: