Wednesday, October 27, 2010

Mingħajr ċavetta

Ħadt birra u tħaddit ma' ħabiba u ħadt il-ħajja bil-kalma, għax hekk jew hekk ma kellix daqstant għaġla. X'ħin sar naqra ħin, inżilna biex naqbdu tal-linja. Ġiet il-42 u jien ferħana għax se twassalni passtejn 'il bogħod mid-dar.

Inżilt minn fuq tal-linja u wasalt quddiem il-bieb ta' mrammti. Filgħodu kont naf li ma ħadtx ċwievet. Ċempilt. Erġajt. Għalxejn. Għamilt telefonata u sirt naf li ommi qiegħda n-naħa l-oħra ta' Malta, u li kieku tkellmet bil-lingwaġġ tiegħi kienet tgħidli hekk: "ħeq, jien u missierek qegħdin hawn, u mhux se noqogħdu nħabblu żobbna għal wiċċek u niġu kmieni. Missek ħadt iċ-ċwievet, l-għoxx!" Xi ħaġa hekk riedet tfisser. Qtajtilha, mhux għax kont irrabjata magħha, imma aktar irrabjata għas-sitwazzjoni. Issa għadhom kemm daqqu l-ħamsa u nofs, anzi fadalli tikka batterija fil-laptop u anzi wkoll, jaqbad l-internet minn wara l-bieb. Ili haw' minn xi l-erbgħa. Xbajt.

X'ħin wasalt kelli bewla taqsam. Dik il-bewla li qabel ma tgħid li wasalt tmur dritt tbulha. Ma stajtx nagħmel hekk. Ippruvajt inżommha u rnexxieli għal xi nofsiegħa. Bdiet taqa' l-kesħa ta' flgħaxija u reġgħet ġietni l-ostra bewla. Imxejtha sal-bandli fejn hemm xi latrina pubblika u striħajt. Indunajt li lwejt dahri fl-istess pożizzjoni ma' ħajt kiesaħ u b'sormi fuq tapit kollu ħmieġ u trab tal-arja u tal-karozzi. Xorta hekk qiegħda issa...

Kif kont fil-ħâra tal-bandli mort mawra sal-Lidl. Xtrajt pakket cookies li qallgħuni wara li ħadt ħamsa wara xulxin, u ftaħt il-pakkett ħelu li xtrajt li jkunu mgeżwra f'karta tħaxwex. Ftaħt waħda. Gerrimtha. Ftaħt oħra. Waqgħet. F'għoxx!

Eħħ, x'jiġrilek fil-ħajja meta ma jkollokx iċ-ċavetta. "Low Battery", Aqqalleċ!
B'rieħet tan-nuqqas ta' ċavetta, lestejt esej li mhux għal għada u għal għada għandi ġiex esejs li għadni qas biss indenjajt ruħi naħseb dwarhom. L-għażż!