Monday, May 6, 2013

Stejra mhux solvuta


Meta xi tliet snin ilu kont naħdem ta' waitress (oh wait, I still do), kien hemm xi ħaddiema barranin jaħdmu miegħi. L-imgħallem kien qed jgħidli fuq kif għandi nagħmel xogħli, fuq il-ħaddiema u fuq in-nies li jiġu jieklu għandna. Niftakar kien hemm wieħed jaħdem magħna u kont narah wieħed jidher li jrid jagħmilha tal-bully. L-imgħallem kien qed jitkellem fuqu u qalli "Dak /seɾp/* ta'!" U jien dħaqtlu dakinhar u ppruvajt inwieġeb b'reazzjoni b'wiċċi. U bqajt noqgħod naqra 'l bogħod minn dil-persuna li kellimni fuqha l-imgħallem għax bdejt ngħid li dak serp, jiġifieri ħażen. Is-serp li jissemma' fil-Bibbja. Is-serp b'ilsienu ħażin. Is-serp bil-metafori kollha li jġib miegħu. 

Xi sena wara kont qiegħda f'xi lezzjoni tal-lingwistika fuq l-omofoni u l-lettur ġab l-eżempju ta' serp u serb. U dak il-ħin minn qiegħ moħħi reġgħet ġiet dik il-ġrajja. Għadni nistaqsi sal-lum jekk riedx vera jgħidli li t-tifel kien serp għax kien kiesaħ u jfittex il-ġlied, jew sempliċiment riedx jgħidli n-nazzjonalità tiegħu. It-tonalità ta' "Dak Serb/serp ta'!" setgħet tingħad b'ċertu mod li, għalkemm it-tifel jidher li jaf jitkellem il-Malti, mhux Malti imma ġej mis-Serbja. Imma fl-istess ħin ried jgħidli, biex noqgħod attenta minnu.  U għadha kemm reġgħet ħeġġet titfeġġ dil-ġrajja f'moħħi għax għad għandi l-ktieb ta' Vella Gera li għadni ma spiċċajtx. Shame on you!

*Ma nafx jekk hux hekk bl-IPA. I really couldn't give a shit.