Saturday, October 9, 2010

Xtrajt umbrella b'xejn

Jien u tielgħa fuq tal-linja kienet diġà qed troxx. Fi triqti għal Belt żiedet. Wasalt u kont qiegħda kmieni, kif ikoll mimlija tikek tax-xita mal-ħwejjeġ. Qed nistenna ħdejn Cafè Royale u nara gzuz ta' nies jixtru l-umbrelel. Tħajjart, hekk jew hekk xorta waħda kelli bżonn umbrella.

It-tfajla tal-ħanut ġiet fuqi mill-ewwel biex tbigħ. Staqsejtha liema kienet l-orħos, urietni u qantli "din, two-fifty" għidtilha li rrid waħda u staqsejtha biex tiftaħhieli. Tajtha ħamsa karta, u tatni l-bqija. Staqsejtha għall-irċevuta u qantli "Trid tidħol ġewwa ta' imma. Hawn ħa, ħa ngħidlek, erġa' 'tini l-bqija" Tajtha l-bqija u reġgħet tatni l-5 ewro.

Dħalt ġewwa u qdieni raġel. "Two-fifty ħi". Tajtu l-flus u tani l-bqija, iżda l-irċevuta le. Staqsejtu għall-irċevuta u waqt li qed jitħaddet ma' xi wieħed, ippanċjali €2.50. Qata' l-kont, fetaħ il-cash, u tani €2.50 oħra. Jien u ndaħħal il-bqija ħassejt li ġà għamilt din l-azzjoni, u mumenti wara ntbaħt li tani bqija doppja. L-għoxx! Karma, eh?