Saturday, March 2, 2013

Il-lift u r-remettar

Suppost ngħid "skużi, ir-remettar"? Le. Remettar. Waħdu. Remettar vjola. Se nibda din l-istorja billi ngħid il-kelma "remettar" għax dak rajt fil-lift. Ma kienx hemm "skużi" mal-istampa tar-remettar ikkulurit, ilwien sbieħ mar-rokna tal-lift.

Ħsibt biex immur d-dar u kelli l-vettura pparkjata Baystreet. Ridt nitla' fil-lift. Għafast u qed nistenna liem jinżel jew jitla' l-ewwel. Bħalissa qed taħseb, "ok, sabet remettar fil-lift, proset", imma mhux biss. Ma ridtx nitla' f'lift kollu remettar, allura qed nistenna l-lift l-ieħor u ma wasal qatt. Ma domtx eternità nistennieh, imma ma wasalx f'ħin disponibbli għalija. Qbadt u tlajt it-taraġ. Flgħaxija it-taraġ aħħari jagħlquh bi grada. Kelli nistenna l-lift xorta waħda. Qed nistenna u għafasthom it-tnejn f'daqqa. Reġa' ġie dak il-lewn vjola f'rokna u l-lift l-ieħor ma ġiex. Ma stajtx ma nitlax għax ma kellix aptit nitla' telgħa wieqfa li qabel ma nitlagħha jkolli ninżel is-sulari li tlajt.

Ħadt nifs qawwi.

'Il ġewwa. Kbir. Nifs li jservini għal dejjem, jew hekk ħsibt.

Dħalt niġri fil-lift għafast in-numru 3 u għafast biex jingħalaq, erġajt għafast, bħallikieku se jgħaġġel iktar għax tgħafsu. In-nifs li ħadt qabel ma serviex. Ngħolli wiċċi ' fuq biex ma nxommx, jew aħjar għamilt 'face lift'. Qed naqta' nifsi. Nieħu nifsijiet ċkejkna 'l barra minn dak in-nifs ta' qabel. Spiċċali. Kelli nieħu nifs 'il ġewwa, b'wiċċi ġol-flokk. Infetaħ il-lift għat-tielet sular u ħadt nifs 'il barra qisni għadni kemm irremettajt jien. Qed jinfetaħ il-bieb u nara l-ħassiel mhux Malti (iswed, il-ħassiel kien iswed) u qabad juża l-ftit lingwa Maltija li tgħallem f'daw' il-ftit snin li ilu jgħix haw', "Il-liba Madonna, xiż-żobb you made here, eh? Melaaaaaa..."

Ħasibni li jien qlajtha kollha hemm ġew. X'ħasibni? Unicorn, 'qqulleċċ? Remettar vjola. B'sorpriża l-vjola vera kien iddettaljat sabiħ, qisu wieħed mill-kuluri tal-qawsalla. Jien b'nifsi maqtugħ minħabba r-riħa, ħadt gost li ħriġt, u l-ħassiel rani b'nifsi maqtugħ ħasibni li ili naqla' fil-lift tliet sulari sħaħ u għalhekk ninsab bla nifs. Skużajt ruħi, u qisni komplejt nuri li jien kont li qlajt. U skużajt ruħi li mhux jien kont u l-ħassiel imfixkel. U jien komplejt "Yeah, I know, man. It wasn't me. I know it looks like it was me, but it wasn't me."

U kompla jitkellem ħażin bid-deskrizzjonijiet tant sbieħ li ħolqu l-Maltin. X'kultura!

Abjad lift? VJOLA LIFT!