Thursday, March 14, 2013

Voodoo child


Xahar ilu għaddejt minn parking ta' Baystreet u waqgħet il-grada fuq rasi. Hemm kamera tħares eżatt lejn il-grada, jiġifieri hemm irrekordjat jien naqla' daqqa fuq rasi u mbagħad fuq ħaddi b'din il-ħadida. Ma tajtx kas daqshekk ta' dan l-avveniment f'ħajti u għidt li kien traskuraġni tiegħi nnifsi, però ili nipprova nirkupra minn riħ mill-bidu tax-xitwa. Jitlaq wieħed u naqbad ieħor. Dan jista' jkun ukoll traskuraġni tiegħi nnifsi pereżempju meta nixrob wara ħaddieħor jew nejk hekk, imma xorta.

Fil-weekend tal-elezzjoni kont ma niflaħx tant li ma stajtx noħroġ, għalkemm ġejt imġiegħla mmur nivvota bil-mard li kelli. Dal-weekend bdew jerġgħu jittikawni s-snien tal-għaqal u waħda minnhom kibret u daqt tkun lesta biex tibda titħassar u noqgħod immur nimlieha. Bin-nuqqas ta' spazju li ġabu f'ħalqi s-snien ġodda, qed nigdem ħafna lsieni u bħalissa qisni ħadt ħot ċoklitt u nstmatt għal xi erbat ijiem wara xulxin. It-Tlieta li għadda għawwiġt is-suba' l-kbir ta' idi l-leminija u fekkiktu. Illum mort il-Polyclinic nara jekk ksirtux, għax intefaħ. Nixtieq inkun naf minn fejn ġibt din is-seħta kollha għax apparti din il-qerda fiżikali kollha li ġrali f'inqas minn ġimgħa, kelli nistenna għal nofs siegħa sħiħa fil-waiting room tal-Polyclinic tal-gżira ma' żewġt ixjuħ li ma waqfux jgħidu u jitkellmu jgħajtu u jippruvaw idaħħluni fil-konverżazzzjoni insignifikanti fuq kemm se jdumu t-tobba meta huma m'għandhom xejn x'jagħmlu f'ħajjithom ħlief fl-aħħar mill-aħħar jistennew il-mewt. Tant kemm kienu antipatki dax-xjuħ li f'kamra kbira, qagħdu bilqiegħda faċċata ta' xulxin, erba' passi 'l bogħod minn xulxin biex jgħajtu aktar u jitkellmu qishom ġiex ċawliet.

Insomma, bilkemm nista' nistartja mutur, aħseb wara nsuq, 'qas nista' nibgħat messaġġ sura, jew nilgħab squash. Ma nistax inqaxxar kiwi. Diffiċli noħroġ il-laptop u noħorġu mill-basket. Ma nistax nagħlaq il-ġakketta sew. Ingwanti ma nistax nilbes sew. Indum biex inneħħi l-bra u rrid nuża l-pala ta' idi kollha biex ninża' l-qalziet ħa nbul; bażikament ma nistax nilbes qliezet bil-buttuni għax nilħaq inbul taħti sakemm inneħħi kollox. U issa naraw kif se ninħasel u ningħorok mingħajr ma naqa', take 2. Xejn, ma nafx! Jew tort tal-lejper jew hemm pupu xi mkien jittaqqab u jivuduwjawni.



Tuesday, March 12, 2013

Boloh isuqu

Illum mort sa B'kara u pparkjajt u qed indaħħal il-ħelmitt u nneħħi l-ingwanti u xebgħa nejk fil-mutur. Karozza li pparkjajt ħdejha paqpqet fil-vojt. Ħarist u kien hemm mara xiħa minn daw' li ma nafx għala jafdawlhom stering f'idejhom u reġgħet paqpqet. Mort ħdejha u stennejtha biex nara xiż-żobb trid. "Tipparkjax hemm ħi, għax għax meta se niġi biex noħroġ jekk nolqtok mhux tort tiegħi." I'm sorry, liema vers tal-liġi qed tikkwotali? 'Jekk nolqtok mhux tort tiegħi.' What the fuck.

Din kellha Chevrolet tidher għadha ġdida u jien għandi biċċa mutur. Taħseb li se tagħmel ħsara lili aktar milli se tagħmel lilek jekk tolqotni? Belha.

Għidtilha li warajha kellha fejn tirriversja u setgħet toħroġ faċilment jekk taf tuża r-rivers. Ħarset mir-'review mirror' biex turi kemm hi pro u Schumacher qantli, "Imma resqu iktar 'il quddiem hux." Iktar 'il quddiem kont niġi f'rampa, issa ħalliha li r-rampa ma tagħmilx sens għax il-bankina dejqa u ma jistax jgħaddi pushchair 'ħseb wara wheelchair, imma xorta ma ridtx inkun ostaklu għal min ikollu bżonn ir-rampa b'xi mod. Għollejt il-mutur u ressaqtu rixa ibgħad. Għamilt sieqi l-leminija ħdejn ir-rota tal-mutur u fettaqt lili nnifsi sal-bumper tal-karozza tagħha. Urejt l-ispazju kbir b'idejja qisni l-għoxx f'main road u għidtilha "Hekk biżżejjed? Taħseb li taf toħroġ mill-parking hekk?"

Kemm inħobbu dal-pajjiż!

Wednesday, March 6, 2013

Għandi l-ġuħ, 'tuni x'niekol

Mort niċċelebra xi ħaġa ta' xi partit, bazikament kien political party, għax kien party bi bnadar ta' partit. Naqbeż u naqbeż. Niftakar fi żmien tfuliti meta missieri kien jeħodni għall-mass meetings li ma servew ta' xejn għax m'għandix ħajra li nivvotta. Imma insomma...

Iddeċidejt li kien sar il-ħin biex nidħol norqod mal-mara u t-tfal. X'mara u tfal? Ma nafx, qed inparla vujtaġni. Qed nimxiha għall-parking. Vuttutum,. Għaddejt minn quddiem iċ-Champs ta' Paċevill. Kellha kollox għadu mimli. Il-ustja, ħaġa minn kollox. Ipparkjajt bl-addoċċ u mort biex nixxi. Pizza? Pizza tajba! Kelli għaxar ewro u farraktha għal naq'a ewro ta' pizza. Gotta have it. Erġajt qiegħda ħdejn il-mutur, ferħana bil-pizza sħuna f'idi. Aħħħ. Ilbist l-ingwanti, ilbist ħaġa ma' wiċċi biex ma nħossx il-bard,  u l-helmet, u headphones u bil-pizza fuq irkoppti. Xgħelt. Vuttutumm. Indunajt li kelli bżonn inneħħi l-ostra ħaġa minn ma' ħalqi biex inkun nista' niekol. Ħalqi diġà qed jimtela kollu bżieq biex niekol dil-ostra pizza. Aħħħ. Margerita rħisa lesta għal ħalqi. Ġej l-eroplejn....

Id waħda fuq il-gass, l-oħra fuq il-pizza, pizza li tlaqt biex inneħħi dil-ħaġa minn ma' ħalqi ħa nibda niekol. Neħħejtha minn ma' ħalqi, u għidt "meh, mhux se nħoss bard għax ikolli s-sħana ta' dil-pizza tant bnina li qed tistennieni nikolha!" Qgħedt il-pizza fuq l-irkoppa u neħħejt il-ħaġa minn ma' ħalqi. Il-pizza waqgħet. Diżastru. Diżgrazzja. Diżunur lill-pizez kollha tad-dinja. Qiegħda fir-roundabout ta' ħdej' il-BOV kważi fejn Beer Garden u dortha kollha biex inġib il-pizza. Bieb għoxxi, se nikolha! Fis-sakra li kelli u li għandi nara karta taċ-Champs ittir. Ħeeħħeħe, karta taċ-Champs, aħħ bħall-pizza li se niekol. Qmmm. Nirrealizza li l-karta kienet tal-borża tal-pizza tiegħi. Nagħmel U-turn u nara l-pizza rasha 'l isfel mal-art. Niket u dwejjaq li xejn xejn ma seta' jnessi ħlief pizza oħra li ma kellix aptit nerġa' mmur nixtri.

L-iktar ħaġa li kelli bżonn apparti niekol, kienet li npixxi; għalkemm kont għadni kemm inpixxi. Wasalt id-dar, u tlajt dritt niġri nbul. U issa ninsab fuq is-sodda naħseb u nitnikket fuq il-pizza li ħlejt fix-xejn. Aħjar qiegħda f'ħalqi, bejp. Inħobbok! Illejla noħlom bik li qed nilgħaq iż-żejt li tħalli ma' subgħajja u nieklok biċċa biċċa. Biż-żebbuġ qares li ma tantx jogħġobni imma qed nixxennaq għalih, bil-ġobon imdewweb fuq iz-zalza ħamra ta' żaqqek, u b'dak iż-żejt ileqq li jsebbaħħlek wiċċek u jagħmlek tant attraenti...

Min jorqod bil-ġuħ, joħlom bil-pizza.

Saturday, March 2, 2013

Il-lift u r-remettar

Suppost ngħid "skużi, ir-remettar"? Le. Remettar. Waħdu. Remettar vjola. Se nibda din l-istorja billi ngħid il-kelma "remettar" għax dak rajt fil-lift. Ma kienx hemm "skużi" mal-istampa tar-remettar ikkulurit, ilwien sbieħ mar-rokna tal-lift.

Ħsibt biex immur d-dar u kelli l-vettura pparkjata Baystreet. Ridt nitla' fil-lift. Għafast u qed nistenna liem jinżel jew jitla' l-ewwel. Bħalissa qed taħseb, "ok, sabet remettar fil-lift, proset", imma mhux biss. Ma ridtx nitla' f'lift kollu remettar, allura qed nistenna l-lift l-ieħor u ma wasal qatt. Ma domtx eternità nistennieh, imma ma wasalx f'ħin disponibbli għalija. Qbadt u tlajt it-taraġ. Flgħaxija it-taraġ aħħari jagħlquh bi grada. Kelli nistenna l-lift xorta waħda. Qed nistenna u għafasthom it-tnejn f'daqqa. Reġa' ġie dak il-lewn vjola f'rokna u l-lift l-ieħor ma ġiex. Ma stajtx ma nitlax għax ma kellix aptit nitla' telgħa wieqfa li qabel ma nitlagħha jkolli ninżel is-sulari li tlajt.

Ħadt nifs qawwi.

'Il ġewwa. Kbir. Nifs li jservini għal dejjem, jew hekk ħsibt.

Dħalt niġri fil-lift għafast in-numru 3 u għafast biex jingħalaq, erġajt għafast, bħallikieku se jgħaġġel iktar għax tgħafsu. In-nifs li ħadt qabel ma serviex. Ngħolli wiċċi ' fuq biex ma nxommx, jew aħjar għamilt 'face lift'. Qed naqta' nifsi. Nieħu nifsijiet ċkejkna 'l barra minn dak in-nifs ta' qabel. Spiċċali. Kelli nieħu nifs 'il ġewwa, b'wiċċi ġol-flokk. Infetaħ il-lift għat-tielet sular u ħadt nifs 'il barra qisni għadni kemm irremettajt jien. Qed jinfetaħ il-bieb u nara l-ħassiel mhux Malti (iswed, il-ħassiel kien iswed) u qabad juża l-ftit lingwa Maltija li tgħallem f'daw' il-ftit snin li ilu jgħix haw', "Il-liba Madonna, xiż-żobb you made here, eh? Melaaaaaa..."

Ħasibni li jien qlajtha kollha hemm ġew. X'ħasibni? Unicorn, 'qqulleċċ? Remettar vjola. B'sorpriża l-vjola vera kien iddettaljat sabiħ, qisu wieħed mill-kuluri tal-qawsalla. Jien b'nifsi maqtugħ minħabba r-riħa, ħadt gost li ħriġt, u l-ħassiel rani b'nifsi maqtugħ ħasibni li ili naqla' fil-lift tliet sulari sħaħ u għalhekk ninsab bla nifs. Skużajt ruħi, u qisni komplejt nuri li jien kont li qlajt. U skużajt ruħi li mhux jien kont u l-ħassiel imfixkel. U jien komplejt "Yeah, I know, man. It wasn't me. I know it looks like it was me, but it wasn't me."

U kompla jitkellem ħażin bid-deskrizzjonijiet tant sbieħ li ħolqu l-Maltin. X'kultura!

Abjad lift? VJOLA LIFT!