Saturday, July 20, 2013

Qegħdin burgh u ajruplani

Qiegħda waħdi nħares 'l isfel. 'Il fuq mis-sħab, 'il fuq mill-ħsibijiet tiegħi nnifsi. Qabadni l-għatx. Kienu għaddejjin bil-kafejiet u tħajjart nixtri x'nixrob bl-għali fil-għoli fis-sema. Staqsejt għal tonic water u ħriġt  £10 biex ikolli naqra żgħar bqija. Tajtha l-flus u kellha tazza żgħira tal-plastik bħala kexx bil-flejjes fiha. Ma tantx kellha bqija Ingliża. Rajtilha €5 mill-ġodda. Qbiżt mis-sit tiegħi, "If it's easier for you I have €10".  Li ridt infisser b'dik is-sentenza kienet: jekk jogħġbok tini dik il-€5 bħala bqija. "Yeah that'll be mooch better", weġbitni. Ħriġt l-€10 u partatna ġo wiċċ ta' ħdejja. Qed tbagħbas fit-tazza u kienet se taqbad €5 antika u żelqitilha minn bejn subgħajha, u qabdet il-€5 l-ġdida. Kaċing! Eħe, għadni nżomm il-€5 ġodda. (Irreferi għal dan). Irrid insib ħobi...

Għalfejn l-affarijiet fuq l-ajruplan ikunu jiswew ħafna flus?
Għax ikunu m'ogħla s-sema. Ħeeee.

Tuesday, July 2, 2013

Taqlib l-għajnejn ta' Trademarks

Dan il-blogg hu b'dedika speċjali għal nies, tal-istess età tiegħi li jkolli naqsam l-istess arja magħhom, li meta jitilgħu t-taraġ tal-Università jaħsbu li r-raġġi tax-xemx għaddejja minn bejn il-weraq tas-siġar f'naqra żiffa huma l-flash tal-kameras jiħdulhom ir-ritratti.

Jien m'iniex persuna li nara lili nnifsi bħala waħda li naf nilbes, jew kemm-il ħin għandi naħli filgħodu u kemm-il kisja rtokk għandi nagħmel ma' wiċċi biex nissodisfa lil ta' madwari. Din il-kitba hi jien ngħid fuqkom kollha. Intom il-boloh li narakom madwari bi flokk ta' xi Ralph Lauren jiswa iktar mill-kilwa ta' ġo fikom stess biex tmur ħarġa flgħaxija bih li hemm probabbiltà kbira li se jagħmel kuntatt ma' mqar qatra remettar. Int bil-flokk tal-Fredy Perry li tmur tilgħab il-futbol bih u timlieh kollu terf u għaraq u minn abjad isir kannella.

Biex nasal għall-punt ta' dal-qrid, nixtieq li nibda nara flokkijiet bħal t'haw' isfel għall-bejgħ.

Ma naħsibx li n-nies li jixtru flokkijiet ta' kuljum ta' dawn id-ditti jagħżlu għall-estetika. X'hemm daqshekk sabiħ li jkollok erba' flokkijiet bl-istess stampa; żiemel u raġel fuqu jxejjer lasta? Jew kuruna tar-rant ma' żejża minnhom? Sirt naraha vera redikola li minn stampi li jittellgħu ta' xi avveniment ikun hemm sitta bl-istess marka ta' flokk, biss kuluri differenti. Hi tant redikola li għad naslu fi stat fejn il-maġistrat fil-qorti jaqta' sentenza bħal din: 

"Hu minnu li inti abbużajt waħda taħt l-età, imma liebes suit tal-Bortex, waqt li l-missier tat-tifla abbużata liebes waħda mingħand Marks and Spencer. Jien għalhekk, insibek mhux ħati."

Jew xi headline, "Żagħżugħ jegħreq għax irriffjuta jilbes life-jacket mhux tad-ditta".

Monday, July 1, 2013

Fuq sodda mbiegħda mill-irqad

It-tmienja ta' filgħodu u tista' teight li diġà headli rasi. Ara jien x'jimpurtani mix-xjenza, imma scienceisti minn fennel ostra tiġi ż-żerriegħa tal-bużbież u kemm żmien treet siġra biex tikber sew. Dakinhar dayaqni. Thinkett taħseb fuq l-istess ħaġa  ridt li b'xi mouth jew ieħor nagħlaqlu ħalqu, imma ma stajtx. Kelli nibqa' fil-kamra, nisma' l-laqgħa ma' meetejn persuna oħra. Bqajt nistenna b'għaxqa u wishemx dieħla f'eyenejja mit-tieqa, windowr u nara 'l seeħbi jegħmeż, winkiss inkiss ħriġna 'l barra mil-laqgħa.