Fuq l-ajruplan lura għal
Malta. Inpoġġi waħdi ħdejn it-tieqa u jiġu ġiex persuni ma nafx, jistaqsu hux inżomm post, u bħal waħda solitarja nwieġeb li le. Raġel oħxon, qsajjar bin-nemex fuq idejh. Bil-laptop magħluq fuqi u bi ktieb li ġibt
miegħi biex suppost naqra qiegħda nħares u niċċassa fil-vojt. Tisħon il-magna
tal-ajruplan u nibdew nippreparaw għall-ġirja tas-soltu u ninqatgħu mill-art.
Tlajna fl-ajru u daqqet il-bozza li nistgħu nneħħu ċ-ċinga. Ding. Ftaħt il-ktieb u bdejt naqra naqra naqra. Qed inħoss l-ajruplan għaddej minn
ħofor fl-arja u malajr nisma' li rridu nerġgħu nilbsu ċ-ċinga. Jien ma kellix bżonn nerġa' nilbisha, għax bqajt biha minħabba li nħobb
inkun protected. Għadni naqra mingħajr ma nagħti kas ħafna ta' x'inhu jiġri madwari. In-narratur tal-ktieb ta' Vella Gera qed jirrakkonta biċċa fejn hu wkoll ikun 'il fuq fl-ajru. Jien u
l-karattru kellna din komuni, li t-tnejn fl-ajru, allura kont qisni drugata
niġbed il-linji b'għajnejja, jaqbżu min-naħa għall-oħra. Però l-linji tiegħi
kienu tal-ittri.
Ta' ħdejja nisimgħu jħaxwex jiftaħ sendwiċċ u nxomm ir-riħa tfuħ ta' tiġieġ Marks and Spencerjan mgħassed u jien għadni midfuna fil-ktieb. Jiftaħ il-bott u nisma' l-pxitt tal-gass ħiereġ minnu. Inxomm ir-riħa ħelwa ta' IRN BRU li tqallajt nixrob dawn l-aħħar jiem. Bis-sħab taħti qisha d-dinja meqluba ta' taħt fuq bil-baħar qisu sema, għadni naħseb għala ma qabadx u ħxieha lil Frances. Ja paċċu!
Inħoss tirbulanza. Is-sits jiċċekċku. Bu bumm. Ġieli nħossu ftit kbar u xi erpokits ċkejkna. L-istess esperjenza ta' meta tkun ħara f'soddtok wara lejl xorb qed tipprova torqod u d-dinja tħossha nieżla 'l isfel u int ma tistax tikkontrollha ħlief tipprova tagħlaq għajn m'għajn u titmellaħ bik innifsek li l-ħass ta' sturdament hu biss reali jekk taħseb fuqu.

Erġajna qed intiru mingħajr ħafna qbiż u waqt li qed nidra l-kalmezza tat-titjira ninżlu f'erpokitt. Bħalmeta toħlom ħolma li qed taqa' u qabel ma tmiss l-art
tqum b'ħasda, imma did-darba mhix ħolma, u did-darba ma qomtx, imma ajruplan
qed jinżel fix-xejn. Bejn l-aljenazzjoni tal-qari għax wasal biex jerġa' jiltaqa' ma' Frances, u l-aljenazzjoni li qed nipprova ninsa li qiegħda fuq ajruplan, ninħasad.
Inserraħ idi x-xellugija nimbotta 'l barra lejn it-tieqa u bl-id l-oħra nitfagħha
fuq l-armrest – mingħalija. L-armrest inħossha morbida. Ee? Wara ftit sekondi
nħoss ras iddur, tħares lejja u nirrealizza li idi qiegħda fuq koxxet ta' ħdejja. Noice. Niftaħ ħalqi,
nipprova noħroġ “Sorry”, imma kont ili ma nitkellem u ma ħarġet l-ebda tlissina. Minflok inħaqħaq u nerġa' ngħid l-istess ħaġa nkaħħal wiċċi mal-ħġieġa, nimlieha kollha fwar, inħares 'l isfel mit-tieqa
rrid l-art tiblagħni. L-art kienet wisq 'l isfel biex tilħaqni u tiblagħni.
Inħares lejn il-ħin u nirrealizza li baqagħli iktar minn erba' sigħat oħra lejn
dal-persuna li bagħbast, bit-tfajla ħdejh tberraqli.