Lestejt minn eżami u dħalt f'ħanut biex nixtri xi ħaġa tal-ikel. "aħħ shortcake biscuits biċ-ċikkulata tal-Cadbury", u ħadt pakkett li kien hemm warajhom, jew ħdejhom. Stennejt sakemm wasalt id-dar biex niftħu.
Ħija telaq mill-kamra u ppjanajt li niftħu ħalli ma 'ntihx. Ftaħt il-pakkett u ħadt l-ewwel waħda. "Illa, dawn x'togħma għandhom?" Dawwarthom u qed narahom wisq kannella biex ikunu shortcake. Inħares lejn il-pakkett u għandhom miktub "Digestive" fuqhom. Jaqq, jien ma rridx insir xwejħa minn issa! Ippruvajt niekol il-biċċa ta' fuq taċ-ċikkulata u rnexxieli, imma tfarrket il-biskuttina u tar il-frak f'għajnejja u probabbli għad għandi frak mikroskopiċi tal-biskutini jitbeżżqu mal-ilma ta' għajnejja. Jaqq. Nista' noffri lil ħija issa, hux...
eh għalhekk 'tajtna' minn dak ? :o
ReplyDeleteIva, u int veru ddejjaqt naħseb ... :> Dalgħodu tajtek mill-cookies it-tajbin - m'għandekx għala tgerger
ReplyDelete