Tuesday, November 22, 2011

Il-Pragmatika u s-Semantika

Fuq fuq, Pragmatika hija dik li fil-lingwistika tikkontribwixxi għat-tifsir fil-kuntest, waqt li s-semantika hija t-tifsir tat-tifsir. Issa, kont qed naħli ħini u ġiet din f'idi. "MIN JAQTA' T-TIPJIP MA JWAQQFU XEJN".

Rajt xi flajer idur l-Università xi jiem ilu, u qrajtha fis-sens li meta tieqaf tpejjep, xejn mhu se jwaqqfek milli tieqaf tpejjep; jekk int determinat li tieqaf, se tieqaf. Fil-lingwa ta' dawk li jużaw dan l-aġġettiv li se nuża u niskuża ruħi minn issa għal min ma jużahx u għalija nnifsi, tkun kink man!

Illum, x'ħin qrajtha qbadt nitbissem waħdi. F'moħħi kellha tifsira totalment differenti. It-tifsira kienet din: Meta tieqaf tpejjep, ma tkun waqaft xejn, tkun qed titnejjek bik innifsek, għax mhux vera tista' tieqaf. Jidhirli li la l-ewwel waħda, u lanqas l-oħra ma hemm bżonn ta' virgola jew xi tip ta' punteġġjatura biex tagħmel distinzjoni bejniethom.

Bażikament nixtieq inħabbar li bejn wieħed u ieħor, qed nifhem ftit mil-lezzjonijiet, u int?

3 comments:

  1. Dak is-slogan, jesprimi l-fatt li it-tipjip tas-sigaretti jwassal għal wieħed mill-iktar vizzji qawwija li jista' jkollu moħħ il-bniedem, għan-nikotina. B'hekk, min kien ipejjep, u issa waqaf u m'għadux fil-vizzju, 'xejn' ma jista' jwaqqfu milli jagħmel affarijiet oħra f'ħajtu.

    Fuq il-pragmatika u s-semantika, ma nifhimx.

    ReplyDelete
  2. Kulma għidt li ħarġu żewġ tifsiriet ta' dan l-islogan. Ma għidtx li ma s-sigaretti ma jagħmlux ħsara jew li ħadd ma jista' jwaqqafhom. Fil-fatt it-titlu tiegħi kien juri li ma kellu xejn x'jaqsam fuq l-effett innifsu tas-sigaretti, iżda fuq l-effett tas-sentenza.

    Int għandek dak l-istjudju u jimpurtak minn dik l-għajn, u jien jimpurtani mill-effett ta' kif inhu mqiegħed l-islogan.

    ReplyDelete
  3. naf! għalhekk fuq kif qed is slogan biss tkellimt :) mhux ċert jekk tiġix translation eżattha kif qiegħed imma: 'Ex-smokers are unstoppable' http://www.exsmokers.eu/

    ReplyDelete