Ma nafx kif ċerti nies isibu l-iktar mumenti misħuta biex ikellmuk. Għadni kemm kont qiegħda fix-xawer, bl-ilma jgelgel ma' widnejja u nogħrok xagħri u nisma' "Mar? Int hemm ġew qiegħda?" U biex nkun prudenti nwieġeb li eħe, hemm xi ħadd, imbagħad jipprova jibda djalogu u jippretendi li nwieġeb lura, jew li nifhem x'inhu jgħid.
Illum kont qiegħda mal-mejda. Huma t-tnejn jieklu u jien niċċassa lejn il-laptop, biex nagħmel naq'a family time. Għamilt nofs siegħa u xħin eżatt se nqum u niftaħ fommi biex ngħid "Tielgħa nagħmel x'ħaġa fuq jien." Yep, mument perfett biex nibda nitkellem magħha fuq xi ħaġa importanti u twila u li Maria m'għandix aptit tisma' fuqha jew lanqas taf biha.
L-agħar meta tkun waħdek id-dar, u tismagħhom jgħajtulek ismek u l-leħen jidwi ma' dar sħiħa. U int twieġeb "Uww?" U terġa' "Uwww?" U terġa' "'QQALMA AW?" U tibqa' tgħajjat sakemm jgħidulek "Haw' qiegħda?" €$%^&*.
L-agħar meta tkun waħdek id-dar, u tismagħhom jgħajtulek ismek u l-leħen jidwi ma' dar sħiħa. U int twieġeb "Uww?" U terġa' "Uwww?" U terġa' "'QQALMA AW?" U tibqa' tgħajjat sakemm jgħidulek "Haw' qiegħda?" €$%^&*.
Inkun sejra x-xogħol; is-sitta neqes ħamsa u nagħmel ġirja mal-ħin biex f'ħames minuti nispara ngħaddi mill-Wied tas-Swieqi u nkun eżatt fil-ħin. Inkun qed noħroġ il-mutur ngħaġġel, niftaħ kull firroll tal-garaxx li jsakkar għax inkella Iron Man jidħol fil-garaxx u jisraq il-kanarin €5 li hemm fil-gaġġa b'torri ħara u nħaffef nitlaq. "Mar, fejn sejra?" Liebsa l-qmis bajda karti tax-xogħol li domt ngħaddi u nara li ma jkollix tikmixa fuqha li xorta se titkemmixli bil-qagħda fuq il-mutur, u nwieġeb li sejra x-xogħol, bħalma jiġri kull nhar ta' Ġimgħa fis-sitta neqes ħamsa. U jirrispondi "Ix-xogħol?" bl-ikbar sorpriża qisni sibt xogħol ġdid, meta kien? Eh sentejn ilu... Inwieġeb bil-kalma kollha li iva, sejra x-xogħol waqt li nagħlaq il-garaxx. "Ipprova ddumx ta." Għax lin-nies jien ngħidilhom f'liema ħin għandhom joħorġu u jieqfu jieklu, u lin-nies ngħidilhom li l-magna tal-kafè mhix taħdem ħalli ma jdumux iktar, u ngħidilhom li għandi n-ngħas u rrid immur nara kif se nqum għada biex inqum nistudja xi ħaġa. Insellem ċaw, u jgħidli "Bless. Isma' ħa... Titlaqx għalissa, idħol waħda ħa nkellmek ħalli ma noqgħodx ngħajjat..."
Nemmen li dan-nies qed jikkonvertuni billi jġagħaluni noħloq Alla biex inkun nista' nidgħi bih!
No comments:
Post a Comment